Iddecidejt

 

Tigrija li fiha li jien hrigt telliefa,

Tigrija mal-hajja, maz-zmien,

Hbula hoxnin jorbtuni mal-art,

Iz-zmien jghaddini elf darba kuljum,

U jien hemm wieqfa, mitlufa f’elf hsieb,

Jum wara iehor jurini,

Dak li hadd qatt ma ra,

Nitkellem mar-rih,

Li fl-ghaxijiet sajfin jieqaf ghajjien hdejja jistrieh,

Nitkellem mal-qamar li jdawwal,

Smewwiet mimlija b’ghaxqa ta kwiekeb fiddien,

Nitkellem m’erwieh fi triqithom,

Lejn dik li jahsbu li hi il-genna,

Nitkellem max-xih li bhali,

Ma kull jum jixtieq li mar-rih jitlaq il-boghod,

Il-boghod, il-boghod,

Fejn hadd ma jrid minnek,

Fejn il-poeti jinsgu l-isbah kitbiet,

U jien li llum

Ghandi l-hajja bicca sew quddiemi,

Iddecidejt li ma nigrix warajha,

Iddecidejt li nistenna dak il-mument:

Il-mument tal-helsien.

Aimee J.