Il-lejl

 

Ix-xita niezla bil-qliel,

Jien ma nistax insib is-sliem,

Il-mohh  ghajjien,

Ma jinstema l-ebda kliem.

 

Il-kwiet li hawn tal-biza,

Id-dlam taqghtaw b’sikkina,

Id-dinja rieqda,

U jien?

 

Jien hawn bil-pinna f’idi,

Nikteb dawn il-kliem,

S-serhan jidher il-boghod,

Izda kemm ninsab ghajjien!

 

Mohhi mimli versi u kliem,

Ninsab hawn wahdi,

Bid-dmugh fuq xfar ghajnejja,

Kemm nixtieq nghid kelma!

 

Is-skiet li hawn madwari,

Qed jitlobni s-skiet,

Ghaliex dawk ta madwari,

Ilhom li sabu il-mistrieh,

U jien?

 

Jien ninsab hawn,

Bil-pinna, nhares,

U nikkonversa mal-qamar,

Bla kliem.

 

l-istillel qed jissghemmaw,

minhajr ma jlissnu xejn,

u hawn jien qed nistenna,

Li jhenn ghalijja n-nghas.

 

Ghax hu li jtini is-sliem,

Saqajja miniex inhosshom,

U ghajnejja qed jitqalu,

Nahseb wasal fil-vicin.

 

Ahjar ghaliex il-qamar,

Dalwaqt se jmut, u jien?

Jien sejra biex nistrieh.

 

 

Aimee J.