Ilbierah twieled hsieb

 

Ilbierah twieled hsieb,

U xtaqt li nghidlek x’kien.

 

Rajtek bil-qeghda hemm fuq cint,

Bid-dmugh fi xfar ghajnejk,

U jien kont hemm magenbek,

Int dort, harist lejja,

U minn xoftejk hargu dal-kliem:

“titlaqx, thallinix wahdi”

u gbidtek qrib u ghedlek:

“tista tghodd il-kwiekeb?

Daqshekk inhobbok jien”

Ghannaqtek wahda kbira,

U meta ftaht ghajnejja,

Int kont sparixxejt fix-xejn.

Bzajt meta sibt ruhi wahdi,

Minhajrek, mitlufa bhar-rih.

 

U sibt li kienet biss holma,

Illuzjoni ta mohh marid.

 

Aimee J.