AKROBAZIJA

 

Mizbugh b’tahlita ta’ kuluri jghajtu

jew mitfija, jinsab mibrum dal-habel

ta’ l-akrobati fic-cirku tal-boloh -

spazju tond f’territorju bla fruntieri.

 

 Min hadmu ma jafux, lanqas min dendlu.

Igerbeb kemm igerbeb zmien minn fuqu

bla mimsus jibqa’ dal-habel imsahhar

 

ta’ spettaklu li xejn ma fih specjali:

gismek jibbilancja; saqajk twal hafjin;

tahrik li trid tiskopri b’ghajnejk mghammdin

 

u bi twissija msammra sewwa f’mohhok:

hejji ruhek f’kull pass li tmidd bir-reqqa,

tul mixja mrieghda b’salt keded u staghgib.

 

Jekk tahbat toghtor, il-habel ma jsalvakx.

Taf tasal b’hafna skossi, jew ma tasalx.

Tista’ wkoll tinstaram. Jew hesrem ‘l isfel

tigi mbuttat, minghajr nitfa moghdrija,

ghall-btala li tibda biex ma tispiccax.

 

M’hemmx kompromessi fic-cirku tal-boloh.

Imqar ma’ akrobati mharrga bhalek.