Haffer kanal f'ras
il-gladjola tieghi,
wicci mill-mera tal-bahar
seraqli,
xewk fitt mill-holma ta'
darba qajjimli.
Ghajnejha kbar
qafilhomlha fil-kexxun.
Widnejha xxennqu l-muzika
tal-haxix.
Staguni vjola mhassra,
bla skaluni.
Jien
nokrob: ghandi ghalfejn nidhol feles
bejn is-sajf u l-harifa
li jaqsmuna?
L-intervalli li jdewwu
s-sensi mardu.
Hi tkanta: farfart qalbi
u frixtilha
ghalxejn. Qatt ma thallejt
inkun il-pawsa.
Jien nolfoq il-qalba l-hamra
li tqarqcet.
Hi tibqa' ssummata
b'xufftejn bla tebgha.
Hu jilbes il-gladjola
mhaffra tieghi,
u jonfoh nifisha bejn zewg
staguni.
Bejn ghajnejha kbar
imsakkra fil-kexxun,
bejn il-fjura skantata,
wicci misruq,
jinfirex dellu jikwi ha
jsikkitna.