INTI TAF

 

 

Bis-sabar harist fil-gandotti mhaffra,

imnaqqxa fil-haddejn mill-hajja-frosta,

li tfaqqa' bla hniena, tidrob bla ndiema.

U fhimt hemdet il-monglu w l-istuprata.

Tbikkimt mar-refugjat, l-itturufnata.

 

Mulej: int taf sewwa kemm hija kiesha

l-istilla ta' dil-gliba twila, twila.

Int maktur imkemmex, imxarrab ghasra.

Jien id-dmugh tal-purcissjoni mmankata.