LIL JURGEN CASHA
(tarbija)
Hallini ninbaram
fil-misteri
jitmewgu
fil-vaski t'ghajnejk.
Hallini nitliegheb
mal-papri 'nnocenti,
mal-pali
t'idejk.
Hallini
nbexxaqlek
tbissimet
xufftejk,
u
nifsijiet twal
ta' hlewwa
go fik hallini
nonfohlok.
Jurgen, tibkix.
It-tixwita
fil-bronki
m'hi xejn
ghajr is-sinjal
tal-fwieha hamrana
tal-hajja
mxettla
fl-imragi t'Alla
ta' dejjem,
ghal dejjem
f'haddejk.