Ghajnejn ma jiffukawx
li draw jaraw
films bla 'ntervalli.
Idejn u riglejn
idamdmu u jsabbtu
l-eqdem tempji kreati.
U l-idea persistenti
taghna - ma nikkonfondux
nimburgaw
l-ispazji wenniesa
tas-serhan.
Ahna
li tlifna s-sens
tal-mess u x-xamm.
Ahna
li carratna l-hajta
tad-demm
tfawwar bil-hajja.
Zeblahna
l-vergnita` tal-qamar,
u ftaqna
l-bluzi tas-smewwiet.
Mostri teknokratici,
xejn aktar m'ahna.
Nikkultivaw
il-meded tal-genn,
u nsoffu
s-sustanzi tas-sikrana
nukleari
'nkapsulata
fl-espansjoni tremenda
tal-herba f'herba.