Iz-Zmien
u Jien
Fuq
bank jien ninsab, fl-gholi ta' Had-Dingli
Fiz-ziffa,
fl-hemda nicassa fil-berah
Bhal-holma
titfacca visjoni xejn skura
Fiz-zmien sew tmur il-bod - ghoxrin sena lura
Qed
Thares
lejn zewgha ferhan jghid xi cajta
U
jien neghda nilghab fil-mewg tal-fantazija
Nohloq
robots, lazers, spaceships u gegwigija
Imma
issa hawn qieghed bhal Filfla quddiemi
Imkisser,
imnikket, ghajjien, wehdieni
Iz-zmien
ghaddej ferm mghaggel, ga tmienja u ghoxrin
U
l-holma kbira tieghi, ftit ftit dejjem tnin
Lejn
dawk l-ilwien jittajru ta’ ckejken farfett
Nicassa
f’art tas-sigar msejha Buskett
Fejn
hsiebi jittajjar, aktarx xahrejn biss
Id-dieqa
tidhol fija sinkiss sinkiss
B’imhabba
jharsuli hemm par ghajnejn ferm sbieh
Bil-mod,
b’bewsa jinghalqu li ssahhan kull ksieh
Qalbna
biss ferhana f’ dan il-gmiel ta’ post
Mat-tfajla
nitghazzen, kemm qed niehdu gost
Issa
hawn ghajnejn ohra mistghagba jharsuli
Koppja
hienja ghadejja quddiemi id f’id
Nisthajjel
jistaqsu hawn wahdu xi jrid
Naqra
naqra niezla, ‘l hemm wara l-gholjiet
Tlarreng
u thammar il-hitan tas-sejjieh
U
jien fl-ghalqa ta hdejna hosbien hdejn il-bajtar
Il-jum
daqt jixbahni, dlam, kwiet u tikka ksieh
Il-hajja
u n-nies, wara x-xoghol zgur tmur tistrieh
Imma ghada jum gdid, tghid x’ahbar hemm ghal-marid ?
Bir-rieda
t’Alla, tghid jiena nsib dak li rrid ?
Awissu 2002